X’inhi s-sistema tal-Leader

 

L-inizjattiva Leader, li ġiet imwaqfa fid-disgħinijiet bl-għan li ttejjeb l-iżvilupp sostenibbli rurali tiffoka biex tgħaqqad flimkien l-atturi lokali differenti tas-settur privat u s-settur pubbliku. Bis-saħħa tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ madwar 3.8 miljun ewro taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007-2013 allokati għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-Leader Malta bdiet il-proċess tal-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett ta’ innovazzjoni.

 

Is-sistema ta’ Leader hija bbażata fuq l-irwol kruċjali tal-Local Action Groups (LAG – Gruppi ta’ Azzjoni Lokali): sħubija pubblika/privata magħmula minn rappreżentanti tal-Local Administration (Amministrazzjoni Lokali) u s-settur privat. Il-Local Action Group huwa responsabbli sabiex jikkoordina d-disinn tal-strateġija tal-iżvilupp lokali kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.

 

Din hi l-ewwel darba li f’Malta ser jiġi implimentat il-Leader u tliet Local Action Groups (Gruppi ta’ Azzjoni Lokali) ġew iffurmati biex jilħqu il-maġġoranza wiesa’ taż-żona rurali tal-Pajjiż. Dawn huma:

 

 

Dawn il-gruppi ġew iffurmati minn rappreżentanti tas-settur pubbliku bħal Kunsilli Lokali u entitajiet oħra tal-Gvern kif ukoll minn rappreżentanti ta’ imsieħba ekonimiċi soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili. Is-sistema Leader hija għodda imprezzabli għat-twettiq ta’ diversi intervenzjonijiet sabiex titjib il-kwalità tal-ħajja fl-oqsma rurali Maltin u Għawdxin bil-parteċipazzjoni attiva tar-residenti u operaturi taż-żoni, grazzi għall-proċess ta’ konsultazzjoni li l-LAGs kollha qegħdin jagħmlu.

 

L-ewwel sfida kruċjali li għandhom l-LAGs hija l-preparazzjoni ta’ Strateġija ta’ Żvilupp Lokali għat-territorju tagħhom. Din l-Istrateġija għandha tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin taż-żoni u għandha tipproponi azzjonijiet innovattivi sabiex titjib il-kwalità tal-ħajja kif ukoll l-opportunitajiet ekonomiċi. Dawn l-istrateġiji għandhom ikunu mwettqa permezz tal-involviment attivta’ residenti lokali u operaturi soċjo-ekonomiċi, grazzi għal proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ fil-lokalitajiet kollha indirizzat lir-residenti kif ukoll lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), operaturi tat-turiżmu, organizzazzjonijiet tal-bdiewa, organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) u dawk kollha li jixtiequ jjkkontribwixxu għall-iżvilupp sosstenibbli fiż-żoni rurali ta’ Malta u Għawdex.