Inħeġġuk tattendi bi ħġarek

 

Il-Fondazzjoni Grupp ta’ Azzjoni Majjistral (Majjistral Action Group) ġiet imwaqqfa bejn is-settur privat u s-settur pubbliku kif ukoll bejn 13-il lokalità f’Malta. L-istrateġija tal-Majjistral trid tinkludi rikonoxximent tal-karatteristiċi speċjali tar-reġjun kif ukoll l-involviment tal-operaturi lokali u residenti.

 

Qegħdin inħeġġuk biex tieħu sehem fl-istrateġija biex b’hekk flimkien nolqtu l-bżonnijiet tar-reġjun lejn kwalità ta’ ħajja aħjar. Flimkien qegħdin norganizzaw diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni fejn il-parteċipazzjoni tiegħek hija importanti ħafna għalina. Għalhekk qed nistednuk tattendi bi ħġarek l-laqgħa tas-settur jew lokalità tiegħek.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

In-Nutar Dr Ian Castaldi Paris

Chair, Majjistral Action Group