Territorju

Malta tinstab fil-Baħar Mediterran, madwar 100 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Sqallija u 300 kilometru fil-Lvant ta’ Tuneż. Il-popolazzjoni totali hija ta’ 400,000.

 

Is-setturi tat-turiżmu u tal-bejgħ bl-imnut għandhom rwol importanti fl-ekonomija tal-gżira, kif ukoll fit-teknoloġija tal-informatika, is-servizzi tal-gvern, is-servizzi immobbiljari u dawk finanzjarji.

 

L-agrikoltura fir-regjun hija attività ekonomika importanti, mhux biss għax hija sors dirett tal-impjieg, iżda wkoll għax tipprovdi prodotti agrikoli ġenwini li huma mibgħuta lis-suq lokali għal konsum frisk kif ukoll għall-ipproċessar. Barra minn hekk, l-attività agrikola tagħti kontribuzzjoni indispensabbli lill-ħarsien tal-ambjent kif ukoll lid-disinn u l-forma tal-pajsaġġ uniku tar-regjun.

 

Il-Majjistral għandu beni ambjentali u kulturali distintivi li l-isfruttar sostenibbli tagħhom jista’ jkun użat b’mod produttiv għall-iżvilupp tar-Reġjun kif ukoll tal-ekonomija Maltija kollha